Għaxra j Ten
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal GĦAXRA jsir biż-żewg idejn. Id waħda tagħmel is-sinjal għal WIEĦED bil-pala tħares ’il ġewwa waqt li l-werrej jieqaf bil-ponta tħares ’il fuq. Fl-istess waqt, l-id l-oħra tagħmel is-sinjal għal ŻERO. L-id tieħu l-forma ta O, jiġifieri bil-pala tħares ’il barra, bis-swaba’ kkurvati u bil-ponot tas-saba’ l-kbir u tal-werrej imissu.
The sign for TEN is made with both hands. One hand makes the sign for ONE as it is held upright in front of the shoulder of the same side with the palm facing inwards. The index finger points upwards. At the same time, the other hand makes the sign for ZERO. It takes the shape of O, with the palm facing outwards and the fingers curved. The fingertips of the thumb and the index finger touch.